Тёмный

SE JINĦARĠU BENEFIĊĊJI LIL 23,400 FAMILJA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 389
50% 1

ONE.COM.MT • Ikomplu jissoktaw il-pagamenti marbuta ma’ diversi benefiċċji soċjali, li komplew jissaħħu bil-baġit għal din is-sena.
Fil-fatt, mis-Sibt li ġej, ’il fuq minn tlieta u għoxrin elf familja se jgawdu mill-ħlas ta’ pagamenti marbutin mal-benefiċċji tal-In-Work Benefit u tal-Carer’s Grant.
KITBA: NOLAN CAMILLERI
FILMAT: CHRIST BORG / ARKIVJI
Fi tmiem din il-ġimgħa se jkunu aktar minn tlieta u għoxrin elf u erba’ mitt familja li se jgawdu mill-pagamenti ta’ erba’ punt tnejn miljun ewro f’benefiċċji tal-In-Work Benefit u tal-Carer’s Grant. Tali pagamenti se jkopru l-perjodu ta’ bejn April u Ġunju ta’ din is-sena u se jibdew jitħallsu minn nhar is-Sibt li ġej.
Dwar dan, tlabna spjega mill-Ministru responsabbli għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Micahel Falzon.
MICHAEL FALZON
MINISTRU
“Għandek ftit aktar minn tlieta u għoxrin elf familja li se jieħdu l-In-Work Benefit u hawnhekk irrid ngħid li llum t-thresholds tal-In-Work Benefit huma wesgħin biżżejjed li qed nilħqu anke lill-middle class.”
Fil-fatt, fl-aħħar baġit, dan il-benefiċċju reġa’ żdied b’ħamsin ewro għal kull wild.
Dawk eliġibbli għal dan il-benefiċċju huma ġenituri li jaħdmu u li d-dħul tagħhom, wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet, ma jaqbiżx il-ħamsin elf ewro, jekk il-ġenituri jaħdmu t-tnejn u ħamsa u tletin elf ewro f’każ ta’ familji b’ġenitur wieħed jew koppji fejn ġenitur wieħed biss jaħdem.
Jekk dawn il-kriterji jintlaħqu, l-In-Work Benefit jibqa’ jitħallas kull tliet xhur sakemm il-ġenituri jkollhom it-tfal li jgħixu magħhom taħt it-tlieta u għoxrin sena.
MICHAEL FALZON
MINISTRU
“Imbagħad għandek ftit aktar minn erba’ mitt familja li jieħdu l-Carer’s Grant, pagabbli lil dawk il-persuni li jkollhom ulied li jkunu jirrikjedu l-attenzjoni kollha tagħhom. Hemmhekk inħallsu wkoll, qegħdin nitkellmu fuq nofs il-paga minima netta u ovvjament dawn il-pagamenti huma pro-rata. Inħallsuhom xorta avolja kien hemm min qal li ħa nħallsu biss qabel l-elezzjoni. L-elezzjonijiet għaddew u ħa nħallsuhom nhar is-Sibt li ġej.”
Dan il-benefiċċju fl-aħħar baġit żdied b’ħames mitt ewro u jitħallas ukoll kull tliet xhur.

Опубликовано:

 

2 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,6 тыс.
ДВЕ МЕДИЦИНЫ В ОДНОЙ СТРАНЕ
43:03
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 367
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 146
MIXLIJA B'RIKATT U RĊIVEW €33,000
1:47
Просмотров 715
Crossing the Line - Palermo, part I
15:06
Просмотров 79 тыс.
ДВЕ МЕДИЦИНЫ В ОДНОЙ СТРАНЕ
43:03