Тёмный

THEUMA JTENNI LI FENECH HUWA L-MANDANT TAL-QTIL 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 3,2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Il-Middleman fil-każ tal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Teuma reġa’ tela fuq il-pedana tax-xhieda fil-Qorti, fejn kompla jixhed fil-kumpilazzjoni kontra l-allegat tliet eżekuturi.
Fil-preżenza tal-akkużati, Melvin Theuma saħaq kif kien qed jibża li hemm xi ħadd irid joqtlu u jeħles minnu u tenna li Yorgen Fenech huwa l-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: ARKIVJI
L-Erbgħa filgħodu kompliet tinstema’ x-xhieda tal-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, fil-konfront tal-aħwa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat, li huma l-allegat eżekuturi fil-qtil.
Wara xhur sħaħ mindu pprova jweġġa’ lilu nnifsu f’daru stess, Theuma reġa’ tela’ fuq il-pedana tax-xhieda, fejn b’vuċi batuta wieġeb taħt ġurament il-mistoqsijiet tal-avukati.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, Theuma qal li hu kull meta kien ikollu bżonn pjaċir kien iċempel lil Yorgen Fenech. Fl-awla bdew jissemmgħu ukoll diversi recordings bejn Theuma u Fenech. Melvin Theuma qal li lill-eks Kummissarju Lawrence Cutajar qatt ma kelmu f’ħajtu u li dan kien talab informazzjoni fuqu jekk jeżistux recordings fuq Daphne Caruana Galizia u jekk iva, fejn qegħdin dawn.
B’ton skjett u għal aktar minn darba qal li l-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa Yorgen Fenech waħdu u ħadd aktar.
Recordings oħra juru konverżazzjoni bejn Theuma ma’ Fenech fir-razzett ta’ Ħaż Żebbuġ, fejn instema’ kif il-middleman kien staqsa jekk jistgħux jingħataw il-maħfra it-tliet akkużati, u li sa dakhinar lanqas kien jaf li teżisti maħfra presidenzjali.
Għal aktar minn darba Melvin Theuma qal li hu ħassu tradut minn Yorgen Fenech u beż’a li dan jista’ jeħles minnu, jew billi joqtluhjew jitfgħuh il-ħabs.
Fuq il-pedana tax-xhieda Melvin Theuma qal li f’recording ieħor Yorgen Fenech qal lil Keith Schembri li ma kellux triq oħra biex joqtol lil Caruana Galizia. Hawnhekk Theuma saħaq li Keith Schembri kesaħ.
Emozzjonat Melvin Theuma qal li kien inkwetat fuq il-qtil u li minn dakinhar li mietet Caruana Galizia spiċċat ħajtu. Itaptap fuq sidru qal li għandu rimors kbir minħabba dan l-omiċidju u li l-ebda professur jew qassis mhu se jneħħijulu. Hawnhekk l-aħwa Degorgio bdew jidħku.
Theuma qal li hu kien iddisprat biex ikellem lil Alfred Degorgio tant li qal lil Yorgen Fenech li kien lest jifqa’ tazza tal-ħġieġ fuq xi ħadd biex jispiċċa l-ħabs ħalli jkellmu.
Imbikkem, Theuma qal li ħass li ppruvaw jeħilsu minnu. Iżda qatt ma ra xejn ħażin. Fuq il-pedana Theuma rrefera kif kien jiltaqa’ ma’ ħu l-aħwa Degiorgio biex itihom il-flus.
Mistoqsi mill-avukati tal-familja Caruana Galizia, il-middleman wieġeb li kien ra aħbar li l-investigaturi kienu waslu fi stadju avvanzat biex jaqbdu l-imħuħ wara l-qtil, u minn hawn beda jinkwieta. Fi tmiem ix-xhieda tiegħu, Melvin Theuma qal kif kellu suspett li lill-Yorgen Fenech kienu qed iwasslulu l-konverzazzjonijiet privati li kien ikollu ma’ martu.

Опубликовано:

 

2 фев 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@Bibi-hp8yl
@Bibi-hp8yl 3 года назад
Jidher li dan kien komplot sabiex iwaqqaw lill-Gvern ta'Joseph Muscat ! Crooks are everywhere! Minn kollox jaghmlu dawn tal-PeNe ghas-siggu tal-poter !
Далее
ХЕРЕЙД БОИТСЯ МОЕЙ СОБАКИ!
37:08
Просмотров 770 тыс.
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,6 тыс.
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 372
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 205
REBBIEĦ TAL-20 EDIZZJONI TA’ LIQUORISH
1:36
FEARNE JITLOB IL-PROTEZZJONI TAS-SEDJA
1:29
Просмотров 1,2 тыс.